INAWGURAZZJONI TAL-PROGETT FIT-TARF TA’ TRIQ TAL-HAMRA
Nhar it-Tlieta 28 ta’ April 2009 fil-ghodu saret l-inawgurazzjoni tal-Progett fit-tarf tat-Triq tal-Hamra li tghaqqad liz-Zebbug ma’ Marsalforn u l-Qbajjar bis-sehem tat-tfal kollha li jattendu l-iskola Primarja taz-Zebbug. Hawn sar it-twessieq tat-toroq, kisi ta’ tarmak, thawwil ta’ sigar taz-zebbug u kxif ta’ plakka komemorattiva mis-Sindku Carmelo Saliba u li tbierket mill-Arcipriet Kan Dun Reuben Micallef.