KOMPETIZZJONIJIET SPORTIVI


Bhas-snin l-imghoddija l-Kunsill Lokali organizza diversi attivitajiet sportivi b’rabta ma’ Jum iz-Zebbug fejn  fihom ippartecipaw diversi cittadini ta’ kull eta’, minn tfal sa adulti.

FESTIVAL SPORTIV MILL-KUNSILL MALTI GHALL-ISPORT

Ghal darb’ohra l-Kunsill Malti ghall-iSport accetta l-istedina tal-Kunsill Lokali fejn organizzalna Festival Sportiv ghat-tfal kollha li jattendu l-iSkola Primarja Mons Gian Andrea Vella. Dan il-loghob li tmexxa b’mod professjonali ntoghogob hafna mill-istudenti. Il-Kunsill Lokali mbaghad ha hsieb biex offra cireali, halib u frott lit-tfal kollha.

 

 

 

 

LOGHOB TAL-BOCCI

Bhas-soltu diversi dilettanti ta’ din il-loghba antika u tant popolari fil-lokalita’ taghna resqu lejn il-pitches ta’ Gangu fil-Qbajjar. Din il-kompetizzjoni gibdet numru sabieh hafna ta’ partecipanti, bil-loghob kollu jkun segwit minn numru nkoragganti ta’ spettaturi. Din il-kompetizzjoni fuq bazi ta’ timijiet ta’ tlieta ntrebhet mit-tim kompost minn Baskal Saliba, Frankie Farrugia u Twannie Farrugia. Bhala finalista spicca t-tim iffurmat minn Anthony Cini, Anthony Saliba u Emidio Xerri. It-timijiet kollha li hadu sehem ittelghu bix-xorti minn fost dawk kollha li japplikaw biex jilghabu.

AMERICAN POOL

Il-klabb ta’ Zebbug Rovers F.C. rega kien ic-centru fejn saret din il-kompetizzjoni. Bhala rebbieh tal-American Pool ta’ din is-sena spicca Twannie Caruana li kien finalista tellief is-sena l-ohra. Huwa gheleb fil-finali lil Mike George Caruana.

   

TLIELAQ BIR-ROTI

Triq Mons Guzeppi de Piro fiz-Zebbug regghet ospitat dawn it-tlietaq tar-Roti li kienu maqsumin f’zewg kategoriji. Dik taz-Zghar kienet miftuha ghat-tfal li jattendu l-iskola Primarja, mentri dawk li jmorru l-iSkola Sekondarja hadu sehem fil-Kategorija tal-Kbar. Il-Kategorija taz-Zghar intrebhet minn John Paul Saliba segwit minn Joseph Mallia u Joseph Cefai li dahlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Il-Kategorija tal-Kbar intrebhet minn Anthony Said. Warajh spiccaw Mario Mallia fit-tieni post u Rupert Zammit fit-tielet pozizjoni.