QUDDIESA TA’ RADD IL-HAJR U SERATA MUZIKA/KULTURALI  FIL-KNISJA TA’ SAN PAWL MARSALFORN


Nhar it-Tnejn 27 ta’ April 2009, il-Kunsill Lokali ha hsieb ukoll biex jorganizza ghall-ewwel darba quddiesa ta’ radd il-hajr fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn li jifforma parti mill-Komunita’ taz-Zebbug. Wara l-quddiesa li tmexxiet mir-Rettur il-Kan Dun Mikiel Borg, itellghet serata muzika/kulturali bis-sehem tal-Kor Unda Maris li twaqqqaf ricentament, kif ukoll sar qari ta’ diversi poeziji u leggendi relatati ma’ Marsalforn.